Sunday, December 10, 2017

Riforma fil-Kunsilli Lokali - Michael Briguglio

Il-Mument 10 ta' Dicembru 2017

Il-Kunsilli Lokali f’Malta ser jaghlqu 25 sena. Dawn qeghdin jaqdu l-htigijiet tal-lokalitajiet rispettivi taghhom?

Aspett ewlieni f’dan ir-rigward huwa l-finanzi. Il-Kunsilli Lokali ghandhom ghazliet limitati dwar kif jistghu jiggeneraw id-dhul. Id-dhul ewlieni jigi mill-Gvern centrali. Hemm ukoll possibilita’ ta’ dhul minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea, minn skemi specifici tal-Gvern u minn reklamar u certi permessi.

Politika ta’ riforma fil-kunsilli ghandha temfasizza li persentagg tad-dhul Governattiv mill-VAT, turizmu u oqsma ohra jigi maqsum mal-kunsilli.

Izda huwa car li hemm bzonn li l-Kunsilli jkollhom iktar opportunitajiet biex jiggeneraw id-dhul. Dan huwa necessarju biex jigi ffinanzjat xoghol bhal dak infrastrutturali u gbir ta’ l-iskart, kif ukoll inizjattivi bhal dawk  edukazzjonali, socjali u kulturali. Dawn ta’ l-ahhar huma importanti sabiex ikun hemm iktar sigurta’, integrazzjoni socjali u sens ta’ komunita’.

Idealment, l-agenda lokali ta’ Malta temfasizzja id-dicentralizazzjoni sabiex l-ebda gvern ma jkollu poter eccessiv. Permezz tas-sussidjarjeta’, decizzjonijiet li jistghu jittiehdu mill-kunsilli lokali m’ghandhom jittiehdu minn xi Ministru.

Din il-filosofija tista’ twassal sabiex il-kunsilli ikunu iktar sostenibbli. Per ezempju, art tal-gvern tista’ tigi devoluta lill-kunsilli. Parkeggi, bini pubbliku u siti storici jistghu jigu mmanigjati mill-kunsilli, u d-dhul iggenerat jista’ jintuza ghal htigijiet lokali. Biex naghti ezempju prattiku: il-car park pubbliku tax-Xatt ta’ Tas-Sliema huwa ikrah ferm u biex wiehed jipparkja jigi ‘mitlub’ ihallas. Mhux ahjar kieku dawn il-flus imorru ghand il-kunsill sabiex il-car park jigi msebbah u flus ohra jintuzaw ghall-bankini u htigijiet ohra?

Riforma fil-Kunsilli Lokali ghandha tizgura ukoll li l-Kunsilli ikollhom rwol ewlieni fit-tehid tad-decizzjoni ta’ l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar. Decizzjonijiet li jistghu jittiehdu mill-Kunsilli, bhal dawk ta’ enforzar dwar kostruzzjoni u ta’ street markings, ghandhom jittiehdu mill-Kunsilli, u mhux minn entitajiet centralizzati.

Importanti ukoll li skemi lokali bhal dawk ta’ parkegg ghar-residenti ma jkunux diskriminatorji. Ma jistax ikun li pajjzina jibqa karatterizzat minn lokalitajiet b’dawn l-iskemi u ohrajn minghajrom.

Qasam iehor ta’ importanza huwa dak tas-Social Impact Assessment. Jehtieg li l-Kunslli ikollhom fondi u access ghal servizzi professjonali bhal dawk ta’ socjologi, ekonomisti u esperti kulturali sabiex ikun hemm taghrif car dwar demografija, realtajiet socjali, komunitajiet u aspirazzjonijiet tar-residenti. Dan kollu jghin sabiex decizzjonijiet jittiehdu fuq bazi ta’ evidenza.

Il-Kunsilli ghandhom iservu ukoll ta’ centri ta’ servizzi u informazzjoni bhal tfittix ta’ impjieg, kura u pariri professjonali. U l-istess Kunslli ghandhom ikunu mharrga kif jahdmu ahjar ma’ l-istampa u s-socjeta’ civili.

Sfortunatament jidher li l-Gvern Laburista miexi lejn direzzjoni ohra. Iktar ma jghaddi zmien, iktar qed jahtaf poter taht idejh, b’iktar poter f’idejn il-Ministri.

Ezempju ta’ dan huwa l-enfurzar. Filwaqt li l-Kunsilli ta’ kuljum jaffacjaw abbuzi f’oqsma bhall-kostruzzjoni, skart, parkegg abbuziv u storbju, l-istess kunsilli qed jispiccaw jittalbu mal-Gvern biex ikun hemm enforzar.  Dan mhux sew.

Ezempju iehor hu l-kisi ta’ toroq. Hemm min qed jghid li l-programm ta’ seba’ snin tal-Gvern ser jikkonsiti minn kisi ta’ ftit pulzieri fit-toroq madwar Malta u Ghawdex. Jekk dan huwa l-kas, mhux ahjar kieku dan ix-xoghol isir mill-Kunsilli u jsir b’mod olistiku?

Iktar ma jkun hemm poter f’idejn il-Ministri, iktar ikun hemm tentazzjoni ghall-koruzzjoni . Tista’ tinqatel is-sens ta’ inizjattiva fil-kunsilli lokali.

Minn naha l-ohra, id-dicentralizzazjoni tista’ twassal ghal Kunsilli iktar incentivati biex ikunu kreattivi u innovattivi. Dan jista’ jinkoragixxi iktar sens civiku u iktar sens ta’ komunita’. B’hekk ikollna Kunsilli Lokali attivi u b’ruh socjali, u mhux Kunsilli Lokali tallaba tal-Ministri.


1 comment:

  1. Mar-riċerka - u mingħajr bżonn ta' rabta ma' 'social impact assessment' - hemm ukoll bżonn il-'community profiling', essenzjal għal kull lokalità sabiex tinkiseb informazzjoni demografika kif ukoll analiżi riċerkata li tidentifika storja, narrattivi, riżorsi, ħtiġijiet u 'stakeholders' relevanti għal kull lokalità. S'issa għandna data frammentata anki għaliex l-NSO, il-Pulizija u l-Kummissjoni Elettorali ma jaqblux kif jaqsmu d-distretti - u dawn wisq inqas jaqbu ma' kif il-lokalitajiet huma mqassmin fil-Kumitati Reġjonali!

    ReplyDelete